Duration 2:34

15,000 SE JINTALBU JIEĦDU DOŻA ADDIZZJONALI F’SETTEMBRU LI ĠEJ

316 watched
0
1
Published 5 Aug 2021

ONE.COM.MT • Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbru rilaxx ikkontrollat t’aktar miżuri. Id-Deputat Prim Ministru ta dettalji wkoll dwar doża addizzjonali li se tingħata lil persuni vulnerabbli min-nofs ix-xahar id-dieħel. B’kollox se jiġu bżonn din id-doża addizzjonali, mal-ħmistax-il elf persuna. Intant, Chris Fearne tkellem ukoll dwar il-parir professjonali fuq it-tilqim ta’ nisa tqal. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: MFH / ARKIVJI Min-nofs Settembru li ġej, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin se jkunu qed jagħtu doża addizzjonali tal-vaċċin għall-persuni vulnerabbli u anzjani fid-djar tal-anzjani. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata wkoll mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. Fil-fatt, il-Ministru Fearne spjega kif dawk li jaqgħu taħt dawn il-faxxex se jkunu jirċievu qed stedina biex jieħdu t-tilqima. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Bejn wieħed u ieħor in-numri li għandna ta’ persuni li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani huwa ta’ 8,000 u persuni li huma imuno-compromised u li jbatu minn mard differenti imma li twassal għall-konsegwenza li ġisimhom ma jiffurmax l-immunità, hemm madwar bejn 7,000 u 8,000 oħra jiġifieri qed naraw li f’dawn iż-żewġ stadji twassal għal booster dose ta’ madwar 15,000 ruħ. X’tip ta booster dose ikun jiddeċidu l-kliniċi tagħna aktar viċin il-waqt.” Fl-istess konferenza d-Deputat Prim Ministru qal li l-parir tal-professjonisti huwa li n-nisa t-tqal li jinsabu fit-tieni jew fit-tielet trimestru tagħhom jistgħu jitlaqqmu fuq parir tat-tabib tagħhom. Qal li r-riskju li mara tqila minn tlettax-il ġimgħa ’l fuq ma tieħux it-tilqima huwa ferm ikbar milli tieħu l-vaċċin. Dan sostnieh wara laqgħat mal-Kulleġġ Malti tal-Ġinekoloġija. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Inħeġġu wkoll lill-partners ta’ nisa li huma tqal biex jieħdu t-tilqima wkoll. S’issa dak dejjem kien il-parir imma nafu li kien hemm xi istanzi fejn l-irġiel jekk ma toħodiex il-mara ma joħduwiex huma. Issa l-parir huwa li toħduha t-tnejn li intkom.” Dwar il-każijiet attivi li qed ifeġġu f’pajjiżna, id-Deputat Prim Ministru qal li l-varjant Delta issa huwa l-varjant predominanti madwar id-dinja kollha u anke f’Malta. Dan hekk kif 95% tal-każijiet il-ġodda huma ta’ dan il-varjant Fearne spjega l-effett tiegħu jista’ jiġi mkejjel b’kemm kull pajjiż laqqam lill-popolazzjoni tiegħu. Kien hawn li d-Deputat Prim Ministru qal li l-programm ta’ tilqim f’Malta qed ikun effettiv u għalhekk mhemmx ħtieġa ta’ żieda fir-restrizzjonijiet. Fil-fatt ħabbar kif 86% tal-adulti f’pajjiżna huma mlaqqmin kompletament u 88% ħadu mill-inqas l-ewwel doża. Dan filwaqt li 68% tat-tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena ħadu l-ewwel doża u 39% huma kompletament imlaqqma.

Category

Show more

Comments - 0